Għawdex Lokali

Somalu jweġġa’ gravi wara inċident f’Għawdex

Somalu ta’ 36 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġa’ f’inċident
tat-traffiku fi Triq L-Arċisqof Pietru Pace, ir-Rabat Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn Nissan TD25 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti x-Xewkija.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin