Internazzjonali

Titħabbar il-mewt tal-attriċi Josephine Tewson ta’ Keeping Up Appearances

L-attriċi Josephine Tewson, magħrufa partikolarment għall-irwol li interpretat fis-sitcom Brittanika Keeping Up Appearances ta’ Elizabeth Warden, tilfet ħajjitha fl-età ta’ 91 sena.

Dan ġie kkonfermat mill-aġent tagħha Jean Diamond fejn spjega li b’dieqa kbira kellu jħabbar il-mewt ta’ Tewson.

Tewson twieldet f’Hampstead, Londra fl-1931.

Flimkien mal-irwol li kellha f’Keeping Up Appearances hija interpretat diversi rwoli oħra, fosthom dak ta’ Miss Davenport fis-serje Last of the Summer Wine.