Lokali

Traffiku qawwi fil-Bypass ta’ B’Kara wara inċident tat-traffiku

Uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fi Triq Dun Karm Psaila, B’kara wara li seħħ inċident tat-traffiku.

Il-każ ftit qabel il-1730 tal-Ġimgħa waranofsinhar fid-direzzjoni tal-Belt Valletta, meta għal xi raġuni vann kellu impatt ma arblu tad-dawl.

Fil-post għamel il-wasla tiegħu wkoll tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għal aktar kura madanakollu l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Inevitabbilment għal xi ħin inġemgħa traffiku qawwi fiż-żona.