Il-Pulizija Maltija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, ilbieraħ arrestaw Albaniż ta’ 36 sena, permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, maħruġ fuq talba tal-Awtoritajiet tal-Greċja.
Ir-raġel kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri kriminali dwar delitt doppju u każ ta’ ħruq.
Illum, għall-ħabta tal-1130am, ir-raġel ser jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo.
//= $special ?>