Lokali

Bħal-lum 60 sena nkitbet l-ittra li wasslet għall-Indipendenza

Kien bħal-lum 60 sena – l-20 ta’ Awwissu 1962 – li Ġorġ Borg Olivier f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, bagħat ittra lill-Gvern Ingliż li fiha invoka d-dritt li Malta ssir Stat Indipendenti.

Din l-ittra, li kopja tagħha kienet żvelata għall-ewwel darba minn Henry Frendo fil-ktieb The Origins of the Maltese Statehoud, li kien ippubblikat f’Settembru 1999. L-għada tat-tnedija tal-ktieb, infetħet it-triq għal perjodu ta’ sentejn li matulhom saru negozjati mal-Gvern Ingliż sabiex finalment, wara mijiet ta’ snin, Malta setgħet tabilħaqq, b’rajha f’idejha, tmexxi lilha nnifisha fi stat demokratiku fil-Commonwealth u, aktar tard, fl-Unjoni Ewropea.


L-ittra (bil-Malti) lil Duncan Sandys, is-Segretarju tal-Istat għall-Commonwealth u l-Kolonji, kienet din:

F’isem il-Gvern u l-poplu tal-Gżira ta’ Malta u d-Dipendenzi tagħha, għandi l-unur ninvoka d-dritt li pajjiżi jsir stat indipendenti. Għaldaqstant qed nitolbok biex, bħala materja urġenti, tiffissa data li fiha l-Gżejjer Maltin isiru Indipendenti fi ħdan il Commonwealth.


Il-Ministru Sandys wieġeb fl-istess ġurnata għal din l-ittra u informa lill-Prim Ministru Borg Olivier li kemm jista’ jkun kmieni kien se jirranġa biex issir laqgħa bejn iż-żewġ gvernijiet ħalli tkun ikkunsidrata l-proposta.