Sport Sport Ieħor

Darts: Manchester Conquest Bar u PO’s Bar flimkien fl-ewwel post

Manchester Conquest Bar laħqu lil PO’s Bar fl-ewwel post tal-klassifika ta’ grupp B meta kisbu rebħa konvinċenti ta’ 5-1 kontra St Paul’s Diamonds. It-tim mill-Kottonera sab ruħu minn taħt għalkemm żamm il-kalma sabiex rebaħ il-ħames games ta’ wara.

F’logħba oħra mill-istess grupp, Sliema Inter DC xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lit-tim tal-qiegħ Duke’s Bar 4-2. minkejja li s-Slimiżi dejjem kienu minn fuq, Duke’s Bar dejjem baqgħu viċin l-avversarji għalkemm fl-aħħar mill-aħħar ma kisbu l-ebda punt minn din il-partita.

Fl-unika logħba li kellna minn grupp A, Floriana Ajax telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara li għelbu lil Top Gun Bar 5-1. Ir-rebħa qatt ma kienet fid-dubju għall-Furjaniżi li għarfu jamministaw il-logħba sabiex ħarġu bi tliet punti prezzjużi.

L-ewwel fażi tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-MDA tintemm il-ġimgħa d-dieħla sabiex aktar tard jintlagħbu s-semifinali.

Klassifika – Group A

Ħamrun Bayern 19, Floriana Ajax 11, Top Gun Bar 8, Żebbuġ Rangers 3

Klassifika – Group B

Manchester Conquest Bar, PO’s Bar 16, St Paul’s Diamonds, Sliema Inter DC 10, Duke’s Bar 0