Lokali

“Il-papà jinsab lura d-dar” – Eddie Fenech Adami joħroġ mill-isptar

Il-familja Fenech Adami kkonfermat li l-eks President, Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami ħareġ mill-isptar u jinsab lura d-dar.

https://www.facebook.com/beppe.adami/posts/10226730358180944

Eddie Fenech Adami li issa għandu 88 sena nżamm l-Isptar Mater Dei matul il-lejl li għadda wara li tah ħass ħażin matul il-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu.

Il-familja Fenech Adami, qiegħda tirringrazzja lil dawk kollha li matul il-Ġimgħa u s-Sibt wrew solidarjetà mal-familja tagħhom u lil dawk kollha li offrew l-għajnuna tagħhom matul dawn il-ħinijiet.

Tags