Lokali

Il-Partit Nazzjonalista bi proposti għal iktar sigurtá f’pajjiżna

Is-sigurtá f’pajjiżna tinsab mhedda. Kuljum nisimgħu b’xi storja ġdida. Fl-aħħar xhur il-Partit Nazzjonalista tkellem u se jkompli jitkellem, hekk stqarr il-kelliem għall-intern Joe Giglio.

Joe Giglio stqarr li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jisħaq li b’mod immedjat jitwettqu dawn il-miżuri:

 1) Li jissaħħaħ l-korp tal-Pulizija billi jitjiebu l-kundizzjonijiet tagħhom ħalli jkunu tabilħaqq effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalita’. Għandna Korp demotivat, overworked, overstretched u underpaid. Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.

 2) Li barranin li jiksru l-liġijiet ta’ pajjiżna jiġu mkeċċija minnufih u ma jitħallewx jidħlu lura f’Malta. Identity Malta qed torqod fuq dan il-punt.

 3) Li jissaħħu l-aġenzji li għandhom id-dover li jinfurzaw il-liġijiet biex b’hekk tiżdied id-dixxiplina kullimkien.

4) Li nibdew naraw kif l-Armata tidba tipparteċipa b’mod aktar attiv fl’infurzar tal-liġijiet.

 5) Li l-Qrati tagħna jingħataw riżorsi biex jaħdmu, inkluż billi niktbu mill-ġdid il-Kodiċi Kriminali biex jibda jagħmel sens fiż-żminijiet tal-lum. Għadna nahdmu bi proċedura li nkitbet fl-1854.

6) Li titwaqqaf din il-proċedura li kulħadd jiġi mpjegat mal-Gvern u imbagħad irridu nġibu l-barranin biex jaħdmu u lanqas biss nkunu nafu l-background tagħhom.

Dawn huma proposti li juru li nafu x’aħna nagħmlu u li pajjiżna miftugħ biss għal nies tal-affari tagħhom, u mhux li tiġi hawn u tagħmel li trid.

Tags