Lokali

Il-Prim Ministru għandu jkun ċar dwar x’ħa jiġri mill-Air Malta

Ritratt: Mill-Arkivji

Għaliex il-Prim Ministru mhux qed ikun trasparenti dwar il-futur tal-Airmalta? Is-skiet tiegħu jgħid ħafna! X’qiegħed x’jaħbi? In-nuqqas ta’ informazzjoni fl-intervista dalgħodu nisslet aktar dubji. Hekk stqarru l-kelliema għax-Xogħol Ivan Castillo u l-kelliem għall-Ekonomija Ivan J. Bartolo.

Castillo u Bartolo komplew biex jgħidu li inqas ma jgħid, aktar juri biċ-ċar in-nuqqas ta’ pjan produttiv għall-futur tal-Air Malta u aktar il-Partit Nazzjonalista huwa konvint li l-Gvern ser  jillikwida l-linja nazzjonali tal-ajru.

In-nuqqas ta’ viżjoni, konsistenza, kredibilità u deċiżjonijiet ħżiena mill-Gvern issa poġġew fil-periklu l-eżistenza tal-linja nazzjonali. Il-Partit Nazzjonalista talab il-Gvern f’konferenza stampa dwar jekk l-għajnuna mill-istat li tiġi approvata mill-Unjoni Ewropea hijiex off the table jew le! Dawk li jħallsu t-taxxa, in-negozji u l-persuni għndhom dritt li jkunu jafu r-riperkussjonijiet u kif dawn jistgħu jaffettwaw n-negozji. Pero dan il-Gvern ikompli jaħbi Il-verità.

L-impjegati kollha tal-Airmalta għandom dritt ikunu jafu jekk il-post tax-xogħol tagħhom hux se jibqa’ jeżisti jew le. Il-Gvern ma jistax jibqa’ jilgħab bil-futur ta’ mijiet ta’ impjegati tal-Air Malta u huwa obbligat li jinfurmahom dwar x’ser isir mill-futur tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista jitlob li l-Gvern li wiegħed li jkun trasparenti, jiddikjara b’mod ċar l-intenzjonijiet tiegħu, x’se jsir mill-assi tal-Airmalta. L-ammont ta’ dejn li għandha l-Airmalta kemm mal-banek lokali kif ukoll barranin, u meta l-Linja tal-Ajru tiġi likwidata x’ser jiġri mill-bqija tal-impjegati li ddeċidew li jibqgħu mall-Airmalta u ma marrux għal l-iskema. Skema li kienet kompletament diskriminatorja hekk kif kemm irtirar kmieni kif ukoll irtirar volontarju fejn ġiet introdotta wara li l-iskemi għalqu! Għaliex is-6 ftehimiet kollettivi mwiegħda ma ngħalqux? Il-Malta Med Air ser issir il-Linja tal-Ajru nazzjonali l-ġdida?

Dan kollu jindika li l-Airmalta se tispiċċa u dak kien il-pjan mill-bidu!

Tags