Futbol Sport

Inter b’rebħa konvinċenti fuq Spezia… Sassuolo jagħtu t-tieni telfa lin-neo promossi Lecce

Inter komplew fuq il-bidu pożittiv li kellhom il-ġimgħa l-oħra b’rebħa konvinċenti ta’ 3-0 fuq Spezia f’San Siro. Huma fetħu l-iskor fil-35 minuta meta minn pass ta’ Romelu Lukaku kien l-attakkant Arġentin Lautaro Martinez li xeħet fix-xibka għal 1-0. Fit-tieni taqsima Inter rdoppjaw meta fit-52 minuta kien Hakan Calhanoglu li approfitta minn żball difensive ta’ Jakub Kiwior u xeħet fix-xibka għal 2-0. Inter għalqu l-partita u żiedu t-tielet gowl tagħhom fit-82 minuta meta kien Edin Dzeko li għadda lejn Joaquin Correa li mill-viċin tefa’ fix-xibka, bil-gowl ikun ikkonvalidat wara konsultazzjoni mal-VAR, għal skor finali ta’ 3-0.

Fi Stadio Mapei Sassuolo kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq in-neo prmossi Lecce biex dawn tal-aħħat ħadu t-tieni telfa konsekuttiva fis-Serie A. Il-gowl uniku tal-partita wasal fl-40 minuta meta Federico Baschirotto interċetta tajjeb cross mil-lemin, iżda kien Domenico Berardi li approfitta mill-indeċiżjoni tiegħu u b’volley mill-isbaħ xeħet fix-xibka għal 1-0.

Illum: Torino v Lazio 0-0, Udinese v Salernitana 0-0, Inter v Spezia 3-0, Sassuolo v Lecce 1-0, Għada: Empoli v Fiorentina 6.30pm, Napoli v Monza 6.30pm, Atalanta v Milan 8.45pm, Bologna v Verona 8.45pm
It-Tnejn: Roma v Cremoneses 6.30pm, Sampdoria v Juventus 8.45pm