“Dawn il-liġijiet il-ġodda se jagħtu daqqa lill-ekonomija Maltija kif ukoll lill-ħaddiema. Barra minn hekk, se jkunu qed ixekklu il-moviment liberu tal-poplu Malti u Għawdxi”.
Hekk stqarr ma’ Net News ma’ Peter Agius fid-dawl mal-laqgħa li kellu din il-ġimgħa mal-kumpanija tal-AirMalta rigward il-liġijiet Ewropej fuq it-titjiriet tal-ajru. Barra minn hekk huwa qal li b’dawn il-liġijiet se tispiċċa tonqos il-konnettività ta’ Malta.
Peter Agius kkomferma wkoll li t-titjiriet lejn Malta mistennija li jiżdiedu madwar €60. Huwa qal li minħabba ż-żieda fil-prezz it-turisti jafu minflok jiġu Malta jaqbdu u jmorru jżuru pajjiżi oħra.
Agius qal li dan kollu se jħalli impatt negattiv fuq diversi setturi f’pajjiżna u tenna li jista’ jkun hemm eċċezzjoni għal Malta hekk kif ma mmissux mal-kontinent. Huwa qal ukoll li hemm pjanijiet sabiex issir eċċezzjoni għall-gżejjer meqjusa ‘remoti’ bħal Canary Islands iżda Malta u Ċipru ntesew għal kollox.
Huwa jemmen li jeħtieġ li jkun hemm għaqda nazzjonali sabiex jkun assigurat li dawn il-liġijiet ma jgħaddux kif proposti.
Din id-diskussjoni saret maċ-Chairman Eżekuttiv tal-AirMalta David Curmi u d-Direttur Nadia Giordimaina.