Malti ta’ 40 sena ġie arrestat fil-port ta’ Pozzallo fi Sqallija, wara li fil-karozza tiegħu nstabu madwar 18-il kg marijuana li kienet destinata għal Malta. Il-ġurnal La Sicilia u diversi aġenziji oħra tal-aħbarijiet Taljani rrapportaw li karozza bil-pjanċi Maltin li kienet se timbarka biex titlaq lejn Malta.
Ingħad li saret tfittxija minn uffiċjali tad-dwana u aġenziji tal-infurzar tal-liġi. Bis-saħħa tal-għajnuna tal-klieb, fil-karozza nstabu 143 borża bi 17.74kg marijuana. Il-Malti ġie arrestat u qed jinżamm il-ħabs f’Ragusa. Id-droga u l-karozza ġew ikkonfiskati. Il-kunsinni tal-marijuana interċettati, li kieku spiċċaw fit-triq, kienu jwasslu għall-valur ta’ aktar minn 100,000 ewro.
//= $special ?>