Narrattivi familjari li llum saru n-norma tal-ġurnata. Dak li jagħmel ta’ kuljum l-individwu. Riflessjonijiet ta’ żagħżugħa f’soċjetà kontemporanja.
Dan kollu wieħed jista’ jarah f’wirja tal-arti bl-isem “Lost in the Ether” li qed tittella’ fil-Kamra ta’ Fuq fl-Imqabba mill-artista Nicole Sciberras Debono, fejn ma’ Net News qalet kif intloħoq il-kunċett ta’ din il-wirja u t-tifsira ta’ warajha.
“Waqt il-pandemija ma tantx kelli suġġetti xi npinġi, allura spiċċajt għaqqadna grupp ta’ artsiti online, konna nibgħatu ritratti lil xulxin, anki l-mod kif inpinġu. Konna qed ngħinnu ‘l xulxin anki bl-ideat. Bażikament ħloqna kunċetti ġodda, u l-idea għoġbitni ħafna u għalhekk ħloqt din il-kollezzjoni ta’ 15-il pittura biż-żejt, fuq mumenti intimi ta’ kuljum, nuża mumenti sempliċi ta’ kuljum u nagħmilhom aktar poetiċi u sbieħ”
Nicole qalet magħna l-istil li bih qed tpinġi l-arti u kif ukoll il-kuluri li qed tuża’.
“Il-kuluri huma ftit limitati, iżda kif qed nużahom naħseb qed nolqot il-varjetà. Inħobb l-aħdar ħafna, ma hemmx raġuni partikolari, inħoss li meta nużah naħdem sew bih, nara li l-aħdar jaf jaqla’ l-pittura u jagħmilha aktar speċjali.
Il-wirja tiftaħ kuljum mis-6am sa nofsinhar u wieħed għandu l-opportunità li jmur u jara din l-eżebizzjoni sat-12 ta’ Settembru li ġej.
//= $special ?>