Sport Sport Ieħor

Norrie jegħleb lil Alcaraz u jagħmilha fis-semi finali f’Cincinnati

In-numru wieħed Brittaniku Cameron Norrie għeleb lit-tielet seed Carlos Alcaraz biex għamilha għas-semi finali tal-Western & Southern Open. Norrie għeleb lil Alcaraz 7-6 (7-4) 6-7 4-7 6-4 fi ftit aktar minn tliet siegħat f’Cincinnati. Fis-semi finali it-tennist ta’ 26 sena se jiltaqa’ kontra l-Kroat Borna Coric filwaqt li Daniil Medvedev se jiltaqa’ kontra Stefanos Tsistsipas fis-semi finali l-oħra.