Futbol Sport

Vito Plut deċiżiv fir-rebħa ta’ Gudja fuq Mosta

(Ritratt: Joseph Galea)

MOSTA …………………… 1
GUDJA U. ………………… 2

Mosta: E.Akpan, P.Mensah, R.Briffa, C.Ememe, J.Nsumoh, T.Farrugia, J.Akrong, G.Acheampong, J.Vassallo, Z.Brincat, R.Ekani
Gudja U.: G.Zammit, J.Ramires, A.Prates, V.Plut, A.Selemani, J.Arthur, N.Micallef, H.Vella, N.Tabone, S.Da Mata, R.Muchardi
Referee: E.Grech
Assistenti Referees: L.Portelli, P.Apap

Fis-Centenary Stadium Gudja United kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-1. Fid-39 minuta Gudja fetħu l-iskor permezz ta’ Samuel Gomes da Mata qabel Geoffrey Acheampong kiseb d-draw għal Mosta fil-50 minuta. Madanakollu, fit-78 minuta kien Vito Plut li skorja l-gowl tar-rebħa għal Gudja.