Lokali

Żewġ vetturi jieħdu n-nar matul l-lejl li għadda

Tul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt żewġ vetturi ħadu in-nar fi Triq ix-Xitwa f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija kienet infurmata b’dan il-każ għall-ħabta tal-5am, fejn qalet ma’ Net News li żewġ vetturi waħda tat-tip Toyota u oħra tat-tip Opel ħadu n-nar.

Fuq il-post issejħu kemm il-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. Fortunatament ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

B’dan il-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Nadine Lia, li ħatret inkjesta biex tinstab il-kawża minfejn beda dan in-nar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Tags