Raġel mill-Imġarr kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ il-Ħadd filgħodu fi Triq Burmarrad meta għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 75 sena tilef il-kontroll tal-vann li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li kellu mpatt ma’ ħajt.
Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>