Dalgħodu l-Pulizija mill-Iskwadra tal-Immigrazzjoni arrestaw mal-24 persuna hekk kif instabu li kienu qed jgħixu Għawdex b’mod illegali.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet li kienu qed isiru ġew mitkellma diversi nies ta’ nazzjonalitijiet different u komplew f’numru ta’ proprjetajiet fis-Sannat u Marsalforn.
Huma ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana fejn inbeda l-proċess sabiex dawn il-persuni ma jibqgħux fil-pajjiż.
Il-Pulizija kienet assistita minn uffiċjali mis-Servizz ta’ Detenzjoni. Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.