Lokali Qorti

Raġel ieħor jinżamm taħt arrest dwar il-ġlieda ta’ nhar il-Ħamis fil-Ħamrun

Fil-Qorti deher raġel ieħor b’rabta mal-ġlieda li seħħet fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun nhar il-Ħamis li għadda.

Hu deher quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco, assistit minn interpretu.

Ilbieraħ, b’rabta mal-istess ġlieda, tressaq Abdullah Sheikh Ahmad, Sirjan ta’ 30 sena. Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Ahmad inżamm arrestat.

Fl-argument tal-Ħamis kienu involuti bejn 20 u 30 raġel u persuna indarbet waqt il-ġlieda.

13:58 L-avukat Xuereb qal li l-akkużat se jippreżenta filmati fejn l-allegat vittma jidher qed jisraq lill-akkużat. Hu qed jargumenta favur il-libertà proviżorja. Il-Qorti qalet li sakemm jinstemgħu ix-xhieda, l-akkużat għandu jibqa’ taħt arrest u caħdet din it-talba.

13:35 Id-difiża qed jiċċara li ma hemm l-ebda rabta mal-ewwel raġel li tressaq ilbieraħ b’rabta mal-istess ġlieda. L-avukat Xuereb qal li l-involviment tal-akkużat tal-lum jidher fil-fimati tas-CCTV imma ma jidher ċar xejn x’għandu f’idejh. Xuereb qal li l-akkużat qed irabbi tlett itfal waħdu.

13:34 L-avukat tal-prosekuzzjoni qed jgħid li l-akkużi fil-konfront ta’ Ahmad huma serji ferm għaliex l-azzjonijiet tiegħu wasslu biex persuna sofra ġrieħi gravi ferm.

13:31 Il-prosekuzzjoni tgħid li hemm ħafna xhieda anke pajżana dwar dan il-ġlieda.

13:29 L-akkużat hu Abdul Ahmad ta’ 35 sena imwieled is-Sirja u joqgħod il-Marsa. Ahmad jaħdem fil-bini. L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

13:27 Il-Qorti sabt li d-drittijiet tal-imputat ma ġewx miksura u l-arrest tiegħu hu wieħed validu f’għajnejn il-liġi.

13:26 Il-prosekuzzjoni tgħid li waqt l-arrest, l-imputat indika li kien qed jidher li qed jifhem dak li kien qed jiġri u kkopera mal-Pulizija.

13:24 Il-Qorti vverbalizzat din it-talba, fejn id-difiża qed tqajjem dubju dwar jekk l-akkużat kienx infurmat ta’ dak li kien qed jiġri waqt l-arrest fiżiku tiegħu.

13:21 Id-difiża qed tibqa’ tistaqsi jekk l-akkużat fil-punt tal-arrest tiegħu kienx konxju ta’ dak li kien qed jiġri. L-avukat Matthew Xuereb li qed jidher għall-akkużat qed jghid li kien impossibbli li l-klijent tiegħi jiġi infurmat dwar x’kien qed jiġri minħabba n-nuqqas ta’ manpower fl-għassa. Madankollu l-Qorti qed tgħid li l-akkużat ma kienx arrestat waqt il-kommossjoni li nqalgħet imma f’daru aktar tard.

13:19 Ġie maqbul li r-reat li dwaru huwa akkużat Abdul Ahmad iġorr piena ta’ massimu ta’ tliet snin ħabs.

13:13 Il-Qorti qed tistaqsi lill-Ispettur Spiteri jekk id-drittijiet tiegħu ingħatawx lill-akkużat permezz ta’ interpretu. ll-prosekuzzjoni tispjega li waqt l-arrest ma kienx hemm interpretu imma fl-għassa kellu aċċess għall-interpretu biex jassisti lil Ahmad.

13:10 Id-difiża qed targumenta li meta l-akkużat ġie arrestat ma kienx jaf x’qed jiġri għax ma kellux interpretu u l-mandat kien bil-Malti u bl-Ingliż u allura ma setax jifhmu.

13:08 Id-difiża filwaqt li rringrizzjat lill-Pulizija tax-xogħol li wettqet fl-aħħar jiem fil-Ħamrun, qal li kif jidhru filmati ta’ dak li seħħ dakinhar tal-ġlieda, l-allegat vittma jidher qed jagħmel mossi fid-direzzjoni tal-istess akkużat.

L-arrest tal-akkużat sar f’daru stess.

13:07 Il-prosekuzzjoni qed tgħid li kemm il-vittma kif ukoll xhieda oħra li kienu fil-post waqt il-ġlieda identifikaw lill-akkużat bħala l-persuna li aggredixxa lill-vittma b’xafra u kkawżalu ġrieħi f’saqajh.

13:06 Il-prosekuzzjoni qed tispjega li nhar il-Ħamis faqqgħet ġlieda bejn żewġ familji barranin fuq xi flus. Dan wara li l-familji ppruvaw jirranaġaw is-sitwazzjoni bejniethom, għalkemm xhieda oħra qalu li ma kienx sar tentattiv biex jitranġaw l-affarijiet.

13:05 Id-difiża tal-akkużat, qed jitlob informazzjoni dwar kif ġie identifikat l-akkużat bħala partiċipi fil-ġlieda.

Tags