Futbol Sport

Futbol tan-nisa: Birkirkara jiktbu l-istorja u jsiru l-ewwel tim Malti li rebaħ fil-UEFA Champions League

(Ritratt: Birkirkara FC)

Gowls minn Raina Giusti u Charlene Zammit dawru telfa f’rebħa għal Birkirkara kontra Glentoran tal-Irlanda ta’ fuq wara li kienu minn taħt b’gowl li sofrew fit-13-il minuta minn Kelly Bailie.

F’partita li ntlagħbet fil-Cluj Arena, r-Rumanija Glentoran kellhom aktar mill-logħob tul il-kors tal-partita iżda ma’ għarfux jisfruttaw l-opportunitajiet li ġewhom bit-tim immexxi minn Jose Borg għal kuntrarju skurjaw l-uniċi żewġ xuttijiet lejn il-lasti tal-avversarji.

Fit-13-il minuta l-Irlandiżi marru fil-vantaġġ pemezz ta’ Kelly Bailie, vantaġġ li daħlu jistrieħu bih. Fil-mistrieħ Jose Borg daħħal lil Raina Giusti minflok Sofie, bidla li ma’ damietx ma’ ħalliet il-frott hekk kif wara żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima l-istess Giusti ġabet l-iskor indaqs minn pass ta’ Gaia Milan. Glentoran għafsu kemm setgħu lil Birkirkara iżda ma’ setgħux isibu x-xibka biex fit-58 minuta minn korner ta’ Tracy Teuma kienet Charlene Zammit li tefgħet ġewwa biex poġġiet lil Karakariżi minn fuq. Minkejja l-attakki ta’ Glentoran Birkirkara għarfu jżommu l-vantaġġ biex spiċċaw rebħu l-konfront u kitbu l-istorja meta saru l-ewwel tim Malti li qatt rebaħ logħba fil-UEFA Champions League.

Birkirkara F.C temmew fit-tielet post ta’ Grupp 7 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League.