Lokali

Il-Knisja l-qadima tal-Manikata tindifen qalb blokka konkrit

Ritratt: Newsbook

Blokka appartamenti li qed tinbena difnet il-Knisja l-qadima tal-Manikata.

Il-Knisja ta’ San Ġużepp reġgħet infetħet għall-pubbliku wara li kienet ilha mal-50 sena magħluqa. Din inbdiet fis-snin għoxrin.

Dawk li kkummentaw hekk kif raw dan ir-ritratt qalu kif ma setgħux jemnu lil għajnejhom. Fil-fatt, kien hemm min staqsa kif dawn it-tip ta’ permessi jiġu approvati. B’oħrajn jgħidu li l-flus qed jieħdu post l-identità ta’ pajjiżna.