Lokali Qorti

Illum se tidher il-Qorti persuna oħra dwar l-argument fil-Ħamrun

Matul il-ġurnata se jkunu qed jitressqu l-Qorti diversi persuni fuq numru ta’ kawżi, fosthom raġel ieħor dwar l-argument fil-Ħamrun.

Se jitressqu wkoll persuna oħra dwar serq minn żewġ residenzi u persuna oħra li kkaġuna att ta’ natura sesswali mingħajr kunsens. Huma se jidhru quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco.