Belġjan ta’ 27 sena residenti Birzebbuġa sofra minn ġrieħi gravi wara li llum, għall-ħabta tas-sebgħa u għoxrin ta’ filgħodu tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u kellu impatt ma’ barrikati fi Triq iċ-Ċimiterju, Raħal il-Ġdid.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>