Lokali

Jinqabad ir-raġel li allegatament spara fuq Noel Ciantar: se jitressaq il-Qorti llum

Raġel ta’ 73 sena qed jinżamm arrestat dwar il-każ li seħħ il-Ġimgħa fl-akwati ta’ Wied Ħażrum, fil-limiti tas-Simblija, ir-Rabat.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri flimkien mad-Distrett tar-Rabat, wasslu biex fl-aħħar sigħat ġiet identifikata l-persuna li allegatament sparat tir lejn raġel

L-allegat aggressur kien arrestat tard il-bieraħ filgħaxija. Huwa ttieħed il-lock up tal-Pulizija, fejn ġie nterrogat, waqt li ssoktaw l-investigazzjonijiet.

Intant, il-kundizzjoni tal-vittma, Noel Ciantar ta’ 49 sena issa hija waħda stabbli u nħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Dwar dan il-każ għaddejja Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Nadine Lia, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ir-raġel ta’ 73 sena mistenni jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco, b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.