Sport Waterpolo

Kampjonat tad-Dinja U16: Iż-żgħażagħ Maltin jegħbu lill-Istati Uniti … riżultat ieħor ta’ prestiġju fil-waterpolo

(Ritratt: ASA)

Rapport: Stewart Said

STATI UNITI………….. 7

MALTA…………………. 10

(3-1), (2-2), (1-3), (1-4)

Riżultat ta’ prestiġju għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena hekk kif fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat tad-Dinja għeleb il-qawwa tal-Istati Uniti 10-7. F’Volos, iż-żgħażagħ Maltin ħasdu lill-avversarji u issa jinsabu b’ċans li jispiċċaw il-grupp fil-quċċata.

Iż-żgħażagħ Maltin kellhom jirkupraw minn bidu ftit indeċiż hekk kif sal-ewwel minuti tat-tieni sessjoni kienu 4-1 minn taħt. Sal-ewwel parti tat-tielet sessjoni, dan id-distakk tnaqqas għal 5-4 u wara li Connor Ohl irdoppja l-vantaġġ tal-Amerikani, Cain Cutajar minn man-up u Jayden Cassar ġabu d-draw.

Fis-sessjoni deċiżiva, Jayden Cutajar poġġa lit-tim Malti fil-vantaġġ għall-ewwel darba sakemm Ben Forer ġab id-draw minn man-up. Iżda dan ma ddemoralizzax lit-tim Malti għaliex proprju ftit sekondi wara, Jayden Cutajar reġa’ skorja, bil-plejer ta’ Sliema jagħmilhom 9-7 bil-ħames gowl personali. Eljiah Schembri ssiġilla r-rebħa lejn it-tmiem. It-tim Malti jilgħab it-tieni u l-aħħar logħba fil-grupp kontra l-Każakistan għada fis-6.00pm.

Stati Uniti: N. Pavoggi, B. Brinkema (3), M. Arlett, N. Banos, A. Blum, C. Bradley (1), B. Forer (2), C. Francisco, C. Ohl (1), T. Whitehead, C. Kim, H. Lacy

Malta: D. Galea Mule, L. Dimech, S. Engerer, G. Bonavia, J. Cassar (1), D. Bugeja (1), Z. Cutajar Licari, J. Cutajar (5), E. Schembri (1), C. Cutajar (1), L. Montebello Brownrigg (1), E. Mallia, I. Schembri

Referees: Ante Bura (Kroazja), Kazuzo Moribayashi (Ġappun)