Lokali

Luttu wara l-mewt ta’ Mario Tabone

Diversi persuni qed iselmu l-memorja ta’ Mario Tabone wara li miet fl-aħħar sigħat.

Tabone kien meqjus bħala ġentlom b’qalb tad-deheb li l-kamp mediku issa tilef.

Tabone jibqa’ mfakkar bħala tabib li jispeċjalizza fil-kura tal-għajnejn, professjonist f’kull qasam li serva fih, b’mod speċjali tul iż-żmien li għamel fi tmexxija ta’ Heritage Malta. Fost ix-xogħol li wettaq fi ħdan Heritage Malta hemm l-esebizzjonijiet ta’ Caravaggio u Silent Warriors.

Mario Tabone kien ukoll kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1992 u tal-1996.

Hu se jkun qed jingħata l-aħħar tislima l-Erbgħa li ġej fis-2pm fil-Knisja tal-Ibraġ.