Futbol Sport

Punt kull wieħed għal Valletta u Hibernians f’partita bilanċjata

(Ritratt: Trevor Sollars)

Rowen Camilleri

VALLETTA……………1

HIBERNIANS………1

Valletta:A. Guarnanone, E. Ruiz, J. Borg, T. Caruana, S. Dimech (E. Sala 68’), O. Akpoveta (A. Zammit 76’), C. Gauci (J. Willy 82’), E. P. Beltre, B. Paiber, K. Bevis (U. Nnomo 82’), B. Kamdem

Hibernians: I. Kone, F. Apap, G. Llerena, T. Aldama (G. Mensah 82’), J. Grech, J. Degabriele, B. Kristensen (A. Agius 58’), G. Artiles, O. Muritala (J. Morillas 88’), A. Diakite, R. Soares

Imwissija: A. Diakite 25’, O. Muritala 66’, R. Soares 86’ (H), O. Akpoveta 30’, E. Ruiz 44’, C. Gauci 63’ (V)

Skorjaw: S. Dimech 57’ (V), G. Llerena 61’ (H)

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Jurgen Spiteri

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Emy Pena Beltre (Valletta)

BOV Plejer tal-logħba: Gonzalo Llerena (Hibernians)

Valletta u Hibernians ħadu punt kull wieħed hekk kif f’partita missielta u bilanċjata spiċċaw fi dro ta’ 1-1 biż-żewġ gowls li jsiru f’perjodu ta’ erba’ minuti. Kienu Valletta li fetħu l-iskor fis-57 minuta permezz ta’ Shaun Dimech biċ-champions iġibu d-dro fil-61 minuta permezz ta’ goal mill-isbaħ minn wieħed mill-akkwisti l-ġodda Gonzalo Llerena.

L-ewwel taqsima kienet waħda bbilanċjata bl-ewwel azzjoni denja ta’ nota tasal minn Valletta wara sitt minuti meta kien korner insidjuż mill-akkwist il-ġdid Brandon Paiber, bil-goalkeeper Kone jkun inċert u jwaqqa l-ballun f’saqajn Christian Gauci li mill-viċin ra l-konklużżjoni tiegħu tgħaddi għoli. L-ewwel darba li kien impenjat Guarnone kien fil-35 minuta meta wara li d-difiża tajret parzjalment il-kross ta’ Jake Grech, il-ballun jaqa f’saqajn Llerena li bix-xellug prova xutt b’saħħtu li iżda l-golakeeper Belti laqa’ tajjeb. Ħames minuti wara jerġgħu jkunu Hibernians prikolużi b’Muritala jagħti pass lejn Degabriele li wara li kkontrolla l-ballun, minn tarf il-kaxxa prova jaħsad lil Guarnone bil-ballun jgħaddi mħakkek mal-mimduda. Iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fi dro ta’ mingħajr goals.

L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess bl-intesità tal-partita tkun waħda għolja u fis-57 minuta Valletta jiftħu l-iskor. Kienet ħarba tipika ta’ Pena Beltre mal-lemin li jirnexxielu jidħol fil-kaxxa u jitfa’ pass ‘il barra li sab lil SHAUN DIMECH li wara li kkontrolla l-ballun spara xutt fil-baxx u minkejja t-tentattiv ta’ Kone l-ballun baqa’ dieħel fir-rokna tax-xibka. Valletta ma’ damux igawdu dan il-vantaġġ hekk kif Hibernians ġabu d-dro fil-61 minuta meta kien GONZALO LLERENA li approfitta minn żball difensiv Belti u mingħajr ma’ qad jaħsibha b’xutt mill-isbaħ tefa’ l-ballun fl-angolu tax-xibka bi Guarnone kompletament megħlub. Fit-82 minuta Hibernians marru viċin il-vantaġġ meta kien pass tajjeb minn Artilles lejn Llerena iżda minn taħt il-lasta l-Ispanjol tefa’ inkredibilment barra. Erba’ minuti wara Valletta jirrispondu minn free kick ta’ Brandon Paiber li tefa’ ballun preċiż fuq Enzo Ruiz li b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ impenja lil Kone li minn naħa tiegħu wettaq save mill-isbaħ ukoll biex ċaħħad lil Beltin mill-goal tal-vantaġġ. Din kienet l-aħħar azzjoni perikoluża tal-partita bl-iskor jibqa’ dak ta’ 1-1 sat-tisfira finali.

Supporters ta’ Valletta (Ritratt: Trevor Sollars)
Supporters ta’ Hibernians (Ritratt: Trevor Sollars)