Lokali

Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Marsa

Traġedja fil-Marsa hekk kif raġel li s’issa l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa tilef ħajtu wara li ttajjar minn vettura.

Il-każ seħħ ftit wara s-sagħtejn tal-Ħadd waranofsinhar fi Triq Diċembru 13.

Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-Emerġenza madanakollu l-vittma ġie ċċertifikat mejjet fil-post.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena sena residenti Ħal Qormi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.