Kollox jindika li l-Papa reġa’ daħħal lil Angelo Becciu fil-grupp tal-Kardinali. Dan wara li Becciu kien ġie imwarrab meta faqqa’ skandlu fuqu, u fuq il-mod kif inxtrat propjeta f’Londra – li tiswa’ il-miljuni.
Il-Kardinal Becciu wassal din l-aħbar hu stess, meta kiteb illi jinsab sodisfatt li l-Papa stiednu biex jattendi ghal-laqgħa tal-Kardinali li se ssir il-ġimgħa d-dieħla.
Il-Kunsill tal-Kardinali huwa skedat bejn is-27 u t-30 t’Awwissu u fih qed jingħad li se jittieħdu deċiżjonijiet importanti għall-futur tal-Knisja Kattolika.
Fil-laqgħa se jkun qed jipparteċipa wkoll il-Kardinal Malti Mario Grech.
//= $special ?>