Internazzjonali

ARKANSAS: Pulizija sospiżi wara li nqabdu jużaw vjolenza eċċessiva waqt l-arrest ta’ żagħżugħ Amerikan

Video kontroversjali li ġie ppubblikat fuq Twitter ħoloq rabja enormi fuq il-media soċjali, tant li t-tliet ufficjali ġew sospiżi sakemm issir investigazzjoni interna.

Il-Pulizija fl-istat ta’ Arkansas, jidhru mhux biss qed iżommu lis-suspettat mal-art iżda evidenti qed jagħtuh bil-ponn u bis-sieq.

F’ħin minnhom, wieħed mill-uffiċjali jinduna li qed jiġu iffilmjati b’mobile, u jipponta subgħajh lejn il-mara li kienet qed tiffilmjahom.

Il-każ seħħ il-Ħadd filgħodu, fil-villaġġ ta’ Mulberry fejn allegatament iż-żagħżugħ ta’ 27 sena daħal f’ħanut tal-merċa u bl-aġir tiegħu beda jhedded lill-impjegati.

Is-suspettat li ġie arrestat kellu jittieħed l-isptar għall-kura. Hu qed jaffaċja akkużi ta’ theddid u li irreżista lill-Pulizija.