Matul is-snin, smajna b’numru ta’ persuni li nstabu mejta u li kien diffiċli ferm biex jiġu identifikati, fost l-oħrajn minħabba l-istat qawwi ta’ dekompożizzjoni li nstabu fih – każijiet li jqajmu numru kbir ta’ mistoqsijiet għaliex dawn il-persuni jibqgħu qatt ma jiġu identifikati jew inkella l-proċess biex ikunu identifikati jieħu fit-tul ħafna.
Net News iltaqa’ max-xjentist forensiku Christopher Farrugia illi spjegalna x’jiġri f’dawn is-sitwazzjonijiet.
“Ġeneralment issir l-awtopsja biex jittieħed il-kampjun tad-DNA bl-iktar mod sempliċi huwa li jittieħed kampjun mill-ħalq. Xi kultant jittieħdu wkoll kampjuni mid-demm jew inkella minn xi soft tissue kemm il-darba ma jkunx fi stat ta’ dekompożizzjoni.“
F’ċerti każi, meta l-katavu jkun fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni – bhalma gara bis-sejba tal-katavru f’Birzebbuga xahrejn ilu – il-proċess ikun wieħed iktar diffiċli.
“Ġeneralment jittieħdu minn dak it-tessut li jkun magħluq fl-għadam, per eżempju jittieħed mill-moħħ, mudullun jew inkella mid-dras. Id-dras huwa l-aħħar stadju għax huwa l-iktar wieħed diffiċli biex jestratta d-DNA minnu.“
Meta jittieħed id-DNA, dan imbagħad ikun imqabbel ma’ persuni oħra li jkunu jiġu minnu sabiex ikun hemm identifikazzjoni li tirriżulta fil-pożittiv. Bir-riżultat normalment joħroġ wara ftit jiem.
Ix-xjentist forensiku Christopher Farrugia jitfa’ dawl fuq numru ta’ sitwazzjoni fejn sfortunatmanet qatt ma jiġu identifikati l-katavri.
“Sfortunatament ikollna diversi minn dawn speċjalment dawk li jinstabu fil-baħar, l-immigranti, u billi ma jkunx hemm ma’ min tista’ tqabbel ma’ dawk il-kampjuni, jibqgħu ma jkunux identifikati.“
Proċess, li jekk ma jkunx konkluż, jaf iwassal għal numru ta’ problemi.
“Jekk persuna ma tkunx identifikata jista’ jkun hemm konsegwenzi legali f’dak li għandu x’jaqsam mal-qsim tal-wirt, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ life policy. U għalhekk isir dak l-isforz kollu meħtieġ sabiex il-persuna tiġi identifikata. U anke l-qraba jkollhom closure u anke taġevola l-proċessi li jaf ikun hemm għada pitgħada.“