Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq
Sirens Cauchi Enterprises 9-8 San Ġiljan Ozo
Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, rebħa drammatika għal Sirens f’finali miftuħa għal kull riżultat kif jindika wkoll l-andament tal-partita. Bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima li ntemmet 2-2 sabiex fit-tieni taqsima meritatament San Ġiljan marru 5-4 fil-vantaġġ. Wara l-mistrieħ, Sirens immexxija minn Dale Dowling fetħu fuq l-offensiva fejn skorjaw tlett darbiet mingħajr risposta biex għalqu t-tielet sessjoni 8-5 fil-vantaġġ. L-aħħar sessjoni kienet denja ta’ finali bejn l-aqwa żewġ timijiet lokali.

B’San Ġiljan fuq l-offensiva l-istess kif għamlu Sirens fit-tielet sessjoni skorjaw tlett darbiet bla risposta biex għamlu l-iskor 8-8 . Madankollu immedjatament wara kienu Sirens li mill-ġdid marru 9-8 fil-vantaġġ liema vantaġġ żammew sa tmiem il-partita fejn ġustifikati ċ-ċelebrazzjonijiet mal-preżentazzjoni tat-trofew lil plejers u uffiċjali ta’ Sirens.