Wara li l-Partit Nazzjonalista talab lill-Ministru Owen Bonnici biex iwieġeb dwar il-ftehim misterjuż li sar ma’ operatur privat għall-użu ta’ Palazzo Vilhena fl-Imdina bħala ristorant għal skopijiet kummerċjali, u biex jippubblika l-kuntratt sħiħ li sar bejn iż-żewġ partijiet, sa llum Owen Bonnici għadu ma ta l-ebda spjegazzjoni lill-poplu Malti.
Hekk intqal fi stqarrija maħruġa mid-deputat Nazzjonalista Julie Zahra.
Owen Bonnici, tramite Heritage Malta ta zewġ verżjonijiet li ma jaqblu xejn ma’ xulxin fl-istess stqarrija. Waħda li dan il-ftehim hu arranġament ieħor minn dawk li, skond hu “isiru b’mod regolari” u l-oħra li dan il-ftehim misterjuz sar sabiex jiġi stabbilit jekk Heritage Malta għandiex toħroġ sejħa pubblika jew tmexxi din l-inizjattiva hi. Hu ċar li anki l-istqarrija ta’ Heirtage Malta stess tat żewġ verżjonijiet kunfliġġenti u inkompatibbli ma’ xulxin.
Għalhekk, fi kwalunkwe każ, il-Partit Nazzjonalista jerġa jitlob lil Owen Bonnici biex mingħajr iktar dewmien jippubblika l-kuntratt li sar bejn iż-żewġ partijiet u jagħti rendikont tad-dħul u l-infieq li sar minn Heritage Malta permezz ta’ dan l-istess ftehim.
Owen Bonnici irid ikun ċar ukoll jekk din hix ser tkun l-istrateġija li qiegħed jimponi fuq Heritage Malta, taħt il-pressjoni dejjem tikber biex jiġu ġġenerati fondi, hekk kif għat-tielet sena konsekuttiva Heritage Malta tilfet ‘il fuq minn miljun ewro.
//= $special ?>