Stadio Luigi Ferraris : Sampdoria 0-0 Juventus
Ebda gowl fil-Marassi bir-riżultat li l-aktar li gawdew kienu Sampdoria kontra avversarju aktar ikkwotat. Minkejja li matul l-ewwel taqsima Sampdoria kellhom aktar pussess, b’xi mod Juventus żammew l-iskor intatt fejn Mattia Perin rari kien impenjat aktar minn normal.
Matul it-tieni taqsima b’Juventus aktar fuq l-offensiva, fil-65 minuta minn azzjoni ta’ Dusan Vlahovic kien Adrien Rabiot li għeleb lil Emil Audero bid-differenza li r-referee Antonio Abisso kkonsulta l-VAR u ma kkonvalidax il-gowl ta’ Rabiot wara li Vlahovic deher li kien offside. Fil-bqija bejn azzjoni u oħra kemm Audero u wisq aktar Perin rari kienu mpenjati serjament b’mod li seta’ jinfetaħ l-iskor.
//= $special ?>