Lokali

Karmenu Mifsud Bonnici għadu l-isptar f’kundizzjoni kritika, iżda stabbli

L-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici għadu taħt osservazzjoni fl-Isptar Mater Dei wara li ddaħħal b’urġenza fi tmiem il-ġimgħa.

Il-kundizzjoni tiegħu hija waħda kritika, għalkemm stabbli.

Mifsud Bonnici għandu 89 sena, u serva bħala Prim Ministru tal-pajjiż bejn Diċembru 1984 u Mejju 1987.

Fl-aħħar sigħat, il-Kap tal-PN Bernard Grech kien fost diversi li fuq il-media soċjali awgurawlu fejwan ta’ malajr.