Iċ-champions Taljani Milan kellhom jirkupraw fit-tieni taqsima biex kisbu punt kontra Atalanta f’Bergamo. Sal-intervall Atalanta kienu fil-vantaġġ grazzi għal gowl ta’ Malinovsky skorjat wara 29 minuta.
L-ewwel taqsima ftit kienet attraenti b’ħafna logħob f’nofs il-ground, iżda fit-tieni taqsima kien hemm iktar moviment u Milan kisbu draw meritat grazzi għal gowl mill-isbaħ skorjat minn Bennacer.
Fil-logħbiet l-oħra komplew jimpressjonaw Napoli li wara r-rebħa ta’ 5-2 fil-Bentegodi fl-ewwel ġurnata għelbu faċilment lil Monza 4-0 f’Napli. Għal Monza ta’ Silvio Berlusconi id-debutt assolut fis-Serie A jidher li se jkun wieħed diffiċli għalihom hekk kif għadhom mingħajr ebda punt. Għal Napoli doppjetta tal-akkwist il-ġdid Kvaratskhelia u gowls ta’ Osimhen u Kim Min-Jae.

Fid-derby tat-Toscana l-ebda gowl bejn Empoli u Fiorentina fejn Empoli lagħbu nofs it-tieni taqsima bi plejer inqas wara li tkeċċa Luperto fis-67 minuta.
Draw ukoll bejn Bologna u Hellas Verona fejn Bologna fetħu l-iskor fil-21 minuta permezz ta’ Arnautovic u Verona kisbu d-draw żewġ minuti qabel l-intervall permezz ta’ Henry. Bologna kellhom lil Orsolini mkeċċi 12-il minuta minn tmiem il-logħba.
Illejla jkun hemm żewġ logħbiet oħra li jtemmu t-tieni ġurnata fejn Roma jospitaw fl-Olimpico lil Cremonese u Juventus imorru Genova kontra Sampdoria
Riżultati
Empoli v Fiorentina 0-0
Napoli v Monza 4-0
Atalanta v Milan 1-1
Bologna v Verona 1-1
Illum
18:30 Roma v Cremonese
20:45 Sampdoria v Juve
//= $special ?>