Il-Ħadd 14 t’Awwissu ntlgħabet waħda mid-derbies ta’ Londra bejn Chelsea u Tottenham, fejn apparti diversi kontroversji li kien hemm waqt il-partita, kien rrapurtat ukoll li partitarju ta’ Chelsea għamel ġest razzjali fil-konfront tal-player ta’ Tottenham Son Heung-min. L-inċident seħħ meta l-player Son kien se jinkariga minn korner.
It-tim ta’ Chelsea ħabbar li kien se jinvestiga dan il-każ u issa kien konfermat li l-partitarju in kwistjoni ġie identifikat u sospiż għal għomru milli jidħol fi Stamford Bridge.
//= $special ?>