Raġel ta’ 42 sena minn B’Bugia kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li waqa’ f’tank fl-inħawi tal-Fort Rinella fil-Kalkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45 ta’ dalgħodu.
Jidher li r-raġel, li jaħdem f’dawn it-tankijiet, waqa’ madwar sular f’waħda mill-fetħa tat-tankijiet.
Fuq il-post issejħu Membri tal-Protezzjoni Ċivilli sabiex il-vittma jkun jista’ jittella’ mit-tank… filwaqt li tim mediku ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.
//= $special ?>