Futbol Sport

Rebħa minima għal Roma kontra Cremonese

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Olimpico : Roma 1-0 Cremonese

Gowl f’nofs it-tieni taqsima kien biżżejjed għal Roma biex jiksbu t-tieni rebħa minn daqstant partiti biex ingħaqdu ma’ Inter u Napoli b’punti massimi. Bi Cremonese jkollhom aktar pussess matul l-ewwel taqsima, fil-65 minuta Roma marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Lorenzo Pellegrini kien CHRIS SMALLING li għeleb lil Andrei Radu għal dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv.