Il-Ħadd filgħodu membri tal-komunità Rumena Ortodossa sabu l-bieb tal-knisja ta’ Santu Rokku fil-Belt imsakkar bil-ktajjen u katnazz.
Din l-azzjoni qed titqies mill-komunità Ortodossa bħala att ta’ vandaliżmu, bil-katina ġiet imdawra mal-ħabbata fuq il-bieb ta’ barra tal-knisja u msakkra b’katnazz.
Net News it-Tnejn filgħodu żar Triq Sant’Ursola, fejn tinsab il-Knisja ta’ Santu Rokku …hekk kif issa s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal. Madankollu, membri fi ħdan din il-komunità qalu li jinsabu taħt xokk li reġgħu sfaw fil-mira ta’ attakk ieħor vandalu.
Infatti dan mhux l-ewwel att ta’ vandaliżmu li sofriet din il-knisja, hekk kif is-sena l-oħra kien intefa’ fjuwil fuq iz-zuntier tal-knisja
Il-membri tal-komunità Rumena Ortodossa jirrikonoxxu din il-knisja bħala l-knisja parrokkjali tagħhom, u jużawha għaċ-ċelebrazzjonijiet Ortodossi.
Il-Knisja ta’ Santu Rokku hija knisja Barokka tas-seklu 17 li sservi bħala l-knisja uffiċjali tal-Knisja Ortodossa Rumena f’Malta u tintuża għas-servizzi Ortodossi.
Il-parroċċa Ortodossa Rumena hija ddedikata għat-Twelid ta’ Ġwanni l-Battista.
//= $special ?>