L-istudenti għadhom bla risposta hekk kif ma kinux provduti b’revision of paper qabel is-sessjoni tar-resits, li se jsiru fi ftit tal-jiem oħra. Net News tkellem mad-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Justin Schembri li spjega aktar fid-dettall kif qed tiżviluppa din is-sitwazzjoni b’detriment għall-istudenti infushom li għamlu l-eżamijiet tal-MATSEC. Huwa qal li bir-revision of paper jkun hemm ċans li tinbidel il-marka.
Justin Schembri kkomferma li hemm ċans kbir li r-revision of paper – li huwa servizz bil-ħlas – joħorġu wara li tkun għaddiet is-sessjoni tar-resits; resits li se jibdew nhar is-Sibt li ġej. Justin Schembri stqarr illi hu jifhem li l-Uffiċju tal-MATSEC għandu nuqqas ta’ riżorsi umani. Iżda jemmen li dawk l-istudenti li ħallsu għal dan is-servizz għandhom jingħataw il-flus lura. Huwa stqarr li hemm bżonn li tinsab soluzzjoni sabiex ir-revision of paper toħroġ fi żmien stipulat.
Id-deputat Nazzjonalista stqarr li wara dan ix-xogħol kollu l-istudenti ħaqqhom li jkunu jafu fejn marru ħażin, sabiex ikunu mgħarrfa fejn għandhom jiffukaw l-aktar.
//= $special ?>