Sport Sport Ieħor

TENNIS: Coric u Garcia jirbħu f’Cincinnati

Borna Coric u Caroline Garcia huma r-rebbieħa tal-Open ta’ Cincinnati wara li fil-finali għelbu rispettivament lil Stefanos Tsitsipas u Petra Kvitova.

Żewġ riżultati sorpriża għaliex iż-żewġ rebbieħa ma kienux fost il-favoriti u bdew mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni.

Fil-finali tal-irġiel il-Kroat Borna Coric kompla bis-serje ta’ rebħiet impressjonanti meta fil-final għeleb lil Tsitsipas 7-6, 6-2, f’logħba li damet ftit inqas minn sagħtejn.

Il-final tan-nisa wkoll kienet mingħajr storja fejn Caroline Garcia għelbet f’żewġ sets lil Petra Kvitova 6-2, 6-4. Għal Kvitova din kienet l-40 finali WTA fil-karriera tagħha.