Internazzjonali

Wara sentejn jerġgħu jiftħu l-iskejjel fil-Filippini

L-istudenti Filippini rritornaw lejn il-bankijiet tal-iskola, hekk kif l-iskejjel fetħu l-bibien tagħhom għall-ewwel darba wara l-pandemija.

Il-Filippini kien wieħed minn l-aħħar pajjiżi li rritorna għall-edukazzjoni tradizzjonali wara li tul dawn l-aħħar sentejn l-istudenti kienu qed jitgħallmu mid-dar. Ir-ritorn lejn l-iskejjel se jkun wieħed gradwali u l-istudenti kollha mistennija li jerġgħu jattendu l-iskola b’mod normali minn Ottubru li ġej.

Dan il-pajjiż kellu l-agħar effetti tal-imxija fil-kontinent tal-Asja; tlett miljuni każ ta’ Covid u 50,000 fatalita kaġun ta’ dan il-virus.

Intant, bosta esperti qed jgħidu li l-pandemija ħalliet impatt negattiv fuq l-istudenti. U rrimarkaw kif qabel ma faqqgħet il-pandemija l-istudenti diġa’ kienu qed jsibuha diffiċli biex jitgħallmu jaqraw.

Minkejja dan, bosta studenti qalu li jinsabu eċitati ħafna sabiex jerġgħu jqattgħu l-ħin ma sħabhom tal-iskola.