Sport Waterpolo

Waterpolo: Malta tirbaħ Grupp F

Kampjonat tad-Dinja tal-Waterpolo għat-Timijiet taħt is-16 il-sena:

Malta 13-3 Kazakhstan

F’Volos it-tim Nazzjonali Malti mmexxi minn Anthony Farrugia wara li fil-partita tal-ftuħ, minn Grupp F kien għeleb lil Istati Uniti 10-7, fit-tieni partita li ddomina għal kollox għeleb lil Kazakhstan 13-3 biex spiċċa rebbieħ tal-grupp.

Ftuħ qawwi mit-tim Malti li rebaħ l-ewwel sessjoni 3-0 bi tlett gowls minn Jayden Cutajar. L-andament baqa’ l-istess bir-riżultat fi tmiem it-tieni sessjoni jikber għal 6-1 b’gowls minn Jayden Cutajar, Elijah Schembri u Luigi Dimech. Ebda reazzjoni minn Kazakhstan li komplew isofru l-inizjattiva tat-tim Malti li rebaħ it-tielet sessjoni 4-0 fit-tielet sessjoni b’gowls minn Jayden Cassar, Zach Cutajar Licari, Sam Engerer u Cain Cutajar eventwalment tintemm 10-1 għal Malta.

L-aħħar sessjoni kienet biss formalita’ bit-tim Malti jgħalaq il-partita 13-3 b’gowls minn Elijah Schembri, Zach Cutajar Licari u Cain Cutajar.