Benfica, Plzen u Maccabi Haifa kisbu post fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League wara t-tieni leg tal-play-offs.
L-iktar kwalifikazzjoni drammatika kienet ta’ Maccabi Haifa li kisbu d-draw b’autogowl fid-90 minuta f’Belgrad biex eliminaw lil Red Star b’aggregate ta’ 5-4.

Iktar faċli kienet il-kwalifikazzjoni ta’ Benfica. F’Lisbona għelbu lil Dynamo Kyiv 3-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 5-0. Għal benfica gowls ta’ Otamendi, Rafa Silva u Neres, kollha fl-ewwel taqsima.
L-aħħar tim li kiseb il-kwalifikazzjoni għall-Gruppi t-Tlieta filgħaxija kien it-tim mir-Repubblika Ċeka Viktoria Plzen. Huma għelbu lil Qarabag tal-Ażerbajġan 2-1 u għaddew bl-istess skor wara li l-ewwel leg f’Baku ntemmet mingħajr gowls. Ozobic poġġa lil Qarabag fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima iżda wara l-intervall Plzen dawwru r-riżultat b’gowls ta’ Kopic u Kliment.

Riżultati
It-Tlieta:
Benfica v D. Kyiv 3-0
Red Star v Maccabi 2-2
Plzen v Qarabag 2-1
L-Erbgħa:
D. Zagreb vs Bodo/Glimt
PSV vs Rangers
Trabzonspor vs Copenhagen
//= $special ?>