Bernie Ecclestone ċaħad l-akkużi ta’ frodi fuq allegat nuqqas li ma’ ddikjarax madwar 650 miljun dollaru f’assi barranin. L-eks mexxej tal-Formula 1 li għandu 91 sena indika li mhux ħati għall-akkuża ta’ frodi fix-xhieda tiegħu fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminster. Huwa qed jiġi akkużat li naqas milli jiddikjara trust f’ Singapore b’kont bankarju li wassal għal fondi li dak iż-żmien kienu jkunu jiswew aktar minn 400 miljun lira sterlina. Fotografi barra l-qorti ġew mwissija biex jirrispettaw id-distanza meta wasal minħabba l-età tiegħu. Huwa wasal il-qorti għall-ewwel smigħ tiegħu f’Range Rover abjad, fejn ġie skortat mill-ħruġ tal-bini tal-qorti mit-tim legali tiegħu u s-sigurtà tal-qorti.
Il-Maġistrat Ewlieni Paul Goldspring ppermetta lil Bernie Ecclestone joqgħod barra l-iżbarra wara li l-avukat tiegħu, Clare Montgomery, qalet li l-klijent tagħha kien qed jkollu xi ftit problemi biex jisma. Huwa kkonferma ismu u residenza f’Knightsbridge fil-qalba ta’ Londra qabel ma kkonferma li mhux ħati tal-akkużi kontrih. Skont il-prosekutur Robert Simpson l-akkużi kontrih huma għal perijodu bejn it-13 ta’ Lulju 2013 u l-5 ta’ Ottubru 2016 . Ecclestone ħareg bi pleġġ sa kemm jidher fis- Southwark Crown Court fid-19 ta’ Settembru . Huwa kien mexxa l-Formula 1 mis-snin ’70 sa Jannar 2017 meta tneħħa mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv
//= $special ?>