Filmat li qed idur fuq il-media soċjali juri kif disgħa persuni ħelsuha ħafif wara li għereq superyacht li kienu qegħdin fuqu ftit ‘il barra mill-kosta Taljana.
Tim ta’ salvataġġ Taljan issejjaħ fuq il-post, madwar 15-il kilometru ‘il bogħod mill-Marina ta’ Catanzaro hekk kif il-yacht ta’ 40 metru, għal xi raġuni spiċċa jgħereq fil-baħar.
Erba’ passiġġiera u ħames membri tal-ekwipaġġ ġew salvati qabel il-yacht għereq kompletament.