Id-difensur ta’ 28 sena Eric Bailly se jsir plejer ta’ O. Marseille ta’ Franza b’self mingħand Manchester United. Il-ftehim jinkuldi obligu li jinxtara b’mod permanenti jekk Marseille jikkwalifikaw għal-UEFA Champions League.
Bailly, li huwa mill-Kosta tal-Ivorju ingħaqad mar-Red Devils fl-istaġun 2016/17 mingħand Villareal u magħhom rebaħ l-Europa League, il-League Cup kif ukoll il-Community Shield.
Bailly mistenni jżur għall-aħħar darba t-training grounds ta’ Carrington illum sabiex isellem lil sħabu plejers ta’ Manchester United.
//= $special ?>