Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali ħalla lil bosta bla kliem għas-severità tal-vjolenza li raw quddiem għajnejhom – fosthom żagħżugħ jagħti bis-sieq lil tfajla mixħuta mal-art, għal aktar minn darba.
Il-filmat, ippublikat online minn @freehour_malta juri argument li seħħ it-Tnejn filgħaxija bejn numru ta’ nisa fiċ-ċentru ta’ Paceville..bil-ġlieda teskala meta raġel spiċċa jagħti bis-sieq lil tfajla.
Net News tkellem ma’ uffiċjali tal-Pulizija sabiex jara f’hiex waslu l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ madanakollu kelliema għall-Pulizija spjegaw li s’issa ma jidhirx li sar rapport li jindika li huwa proprju dwar dan l-argument.
//= $special ?>