Raġel ta’ 49 sena residenti ż-Żejtun qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqabad bejn żewġ trakkijiet meta kien qed iċaqlaq trakk minnhom għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu f’sit li jinsab fi Sqaq Ħabel Żwejra, in-Naxxar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>